You are currently viewing Malta se torganizza l-kungress tal-EBU 2023

Malta se torganizza l-kungress tal-EBU 2023

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing rebħet id-dritt sabiex torganizza l-kungress tal-European Boxing Union 2023 f’pajjiżna. Fil-laqgħa bejn l-assoċjazzjonijiet membri tal-EBU li saret fil-belt kapitali tal-Latvja Riga, il-president il-ġdid Peter Stucki kkonferma l-aħbar b’din l-organizazzjoni li se tkun qed tiċċelebra l-75 sena mit-twaqqif tagħha.Fi stqarrija, il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing Marc James esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar filwaqt li rringrazzja lil Stucki tal-fiduċja li wera fl-MBA.James qal li din il-ħolma saret realta’ u kienet waħda mill-ewwel objettivi tiegħu kemm ilu president.Hu temm jgħid li l-boxing jgħaqqad lil dawk kollha involuti f’din l-assoċjazzjoni Ewropea u bl-MBA li tinsab mimlija entużjażmu sabiex torganizza bl-akbar reqqa dan l-avveniment mistenni s-sena d-dieħla.

Credit to Robert Busuttil

Leave a Reply